Postnatal Depression

Postnatal Depression is a type of depression that some women experience after giving birth.

1 in 10 women who give birth suffer from post-natal depression.

Symptoms of post-natal depression include:

  • Sadness and crying for no reason or feeling the need to cry and cannot
  • Irritability
  • Lack of sexual interest
  • Change in sleeping patterns
  • Extreme tiredness and feeling that she cannot take care of the baby and carry out daily activities
  • Lack of interest in daily activities
  • Blaming the baby for such emotions
  • Lack of interest in social activities
  • Anxiety
  • Change in appetite

 

These symptoms may subside in due time, however, it is important to know that they may also increase in their severity. If no help is received, one can also experience suicidal thoughts.

If you or someone you know are experiencing any of these symptoms, speak to a mental health professional. Our professionals are available to help you 24/7.

Id-Dipressjoni ta’ Wara t-Tqala

Din hija tip ta’ dipressjoni li xi persuni jesperjenzaw wara li jkollhom tarbija. Ir-rata ta’ nisa li jiġu milquta minn din il-kundizzjoni hija ta’ waħda minn kull għaxra.

Fost diversi sintomi, l-omm:

  • Tesperjenza dwejjaq u l-bżonn li tibki mingħajr raġuni. Oħrajn jaf iħossuhom li ma jistgħux jibku
  • Tkun aktar irritabbli mal-bqija tal-membri tal-familja
  • Tnaqqas l-interess sesswali mar-raġel (Din tista’ tiġi interpretata min-naħa tar-raġel li l-mara ma tkunx għadha interessata fih)
  • Tibda ssibha diffiċli biex torqod, jew inkella tħoss il-bżonn li torqod ħafna iktar spiss
  • F’xi każijiet, tħossha tant għajjiena li ma tħossx li tista’ tieħu ħsieb it-tarbija u x-xogħol ta’ kuljum
  • Tibda titlef l-interess fl-affarijiet tal-ħajja
  • Tibda titfa’ il-ħtija fuq it-tarbija għal mod kif tkun qed tħossha
  • Ma tkunx trid toħrog u tiltaqa’ man-nies
  • Tesperjenza ansjetà li normalment tkun fuq it-tarbija
  • Tesperjenza żieda fl-ikel jew inkella nuqqas ta’ aptit

 

Dawn is-sintomi maż-żmien jistgħu ma jibqgħux hemm, pero’ tajjeb li nsemmu li jistghu ukoll jiggravaw. Jekk l-omm ma titlobx għajnuna professjonali, din tista’ saħansitra twassal għal ħsibijiet ta’ suwiċidju. Għalhekk wieħed għandu jitlob għajnuna medika jew psikoloġika fl-istess ħin.

Jekk int jew xi ħadd li taf qed tesperjenzaw xi wħud minn dawn is-sintomi, kellem professjonist. Il-professjonisti tagħna qegħdin hawnhekk 24/7 biex jgħinuk.