Get Help Now, Call 1770
Richmond Foundation
  • News & Events
    • Annual Conference
    • Blog
  • Our Services
  • Get Involved
    • Volunteers
    • Careers
  • The Gift of Therapy
  • Contact
  • Donate
  • Learn
  • Get help now
Richmond Foundation
  • News & Events
    • Annual Conference
    • Blog
  • Our Services
  • Get Involved
    • Volunteers
    • Careers
  • The Gift of Therapy
  • Contact
  • Donate
  • Learn
  • Get help now
Home Blog X’nista’ nagħmel biex ngħin lil xi ħadd li għaddej minn żmien diffiċli?
Back Home

X’nista’ nagħmel biex ngħin lil xi ħadd li għaddej minn żmien diffiċli?

byAdmin inBlog posted onOctober 20, 2021
0
0
X’nista’ nagħmel biex ngħin lil xi ħadd li għaddej minn żmien diffiċli?

Xi darba jew oħra kulħadd jgħaddi minn żmien ħażin u jkollna bżonn iktar għajnuna mis-soltu. Jista’ jkun hemm żminijiet fejn ninnutaw li xi ħadd għandu bżonn iktar sapport, jew niġu mitluba nagħtu daqqa t’id. Għalkemm ħafna minna nkunu nixtiequ ngħinu, kapaċi niġu bejn ħaltejn fuq kif l-aħjar li nagħmlu dan.

Kapaċi tinstema’ sempliċi ħafna, iżda l-ewwel pass huwa li nkunu lesti nisimgħu. Ħafna drabi, meta persuna tiġi għandek tfittex l-għajnuna, ma tkunx qed tfittex soluzzjoni imma xi ħadd li jismagħha u jifhem dak li qed tħoss. Meta nkunu lesti nisimgħu u nagħtuh iċ-ċans li jitkellem u jispjega minn xiex inhu għaddej, inkunu qed noffru l-ispazju biex dak li jkun ikun jista’ jesprimi ruħu u jiftaħ qalbu. Jekk tkun qed tisma’ xi jkun qed jipprova jgħid ħaddieħor, ipprova poġġi lilek innifsek fiż-żarbun tiegħu, u fejn ma tifhimx, staqsi! Staqsiehom jiċċaraw sabiex tkun tista’ tikseb stampa aktar ċara ta’ kif tista’ tgħin, waqt li l-persuna l-oħra tħossha iktar mifhuma.

Meta nkunu qed nippruvaw nkunu ta’ sapport, kapaċi naqgħu fin-nasba li nsemmu x’ħadem għalina jew għal ħaddieħor meta konna fl-istess sitwazzjoni. Għalkemm jista’ jkun li nkunu ġarrabna esperjenza simili, irridu noqogħdu attenti li nifhmu l-esperjenza unika tal-persuna, u ma nassumux li għandhom bżonn l-istess sapport li kellna bżonn aħna jew ħaddieħor. Parir siewi li ġej mill-esperjenza kapaċi jkun ta’ ġid, però importanti li nżommu f’moħħna li dak li tixtieq jew għandha bżonn il-persuna kapaċi jkun differenti. Kultant ikun ukoll li l-persuna tkun għadha qed tipproċessa dak li għaddejja minnu, u jkollha bżonn ftit żmien qabel tieħu deċiżjoni. Huwa importanti li nirrispettaw il-pass ta’ dak li jkun, u nimxu ma’ dak li jkollha bżonn.

Huwa tajjeb li minn żmien għal żmien nittawlu lil persuna jew nibagħtulha messaġġ. Ma jfissirx li hemm bżonn inqattgħu ħinijiet twal lejl u nhar; kultant telefonata ta’ ħames minuti kapaċi tagħmel differenza kbira. Jekk tinduna li attivitajiet li qabel kienet tagħmel mingħajr diffikultà ta’ xejn issa saru diffiċli, tista’ toffri li takkumpanjaha jew li tgħinha fihom. Tistgħu forsi tmorru mixja flimkien, toffri li twassalha għal xi appuntament jew tnewlilha xi xirja. L-iktar għajnuniet bażiċi jagħmlu differenza kbira.

Kif semmejna qabel, tibbażax l-għajnuna tiegħek biss fuq l-esperjenzi ta’ nies oħra, għax jista’ jkun li ma taħdimx għall-persuna ta’ quddiemek. Staqsi lill-persuna “x’taħseb li jista’ jgħinek?”, “x’qed tagħmel biex tgħin lilek innifsek?”, “Hemm xi ħaġa li nistgħu nagħmlu flimkien li tista’ tgħinek?”. Min-naħa l-oħra, kummenti bħal “uwejja, issa tgħaddi”, “toqgħodx tagħmel hekk”, “hawn min għandu salib ikbar” ma jagħmlu xejn ħlief li jwaqqfu l-persuna milli titkellem iktar fuq id-diffikultà tagħha. Minflok, ikun iktar ta’ benefiċċju meta noffru s-sapport tagħna.”Tista’ tgħidli jekk għandek bżonn xi ħaġa, jien hawn biex ngħinek”.

Fl-aħħar nett, l-għajnuna tagħna kapaċi ma tkunx biżżejjed, u tkun meħtieġa għajnuna professjonali. Importanti nkunu nafu l-limiti tagħna, u nifhmu fejn ikun hemm bżonn iktar għajnuna. Dan speċjalment jekk id-diffikultà tkun qed taffettwa l-kwalità ta’ ħajja tal-persuna, ir-relazzjonijiet ma’ dawk ta’ madwarha jew ittellifha milli tagħmel affarijiet bażiċi. Għin lill-persuna tikkunsidra professjonisti differenti, u uriha li m’hemm xejn ħażin li tfittex l-għajnuna. Forsi tista’ tgħinha ssib in-numru ta’ professjonista, jew tmur magħha għall-appuntament.

Importanti li f’nofs dan kollu, inti wkoll tieħu ħsieb tiegħek innifsek. Ara li jkollok żvog li jgħinek, u tiddejjaqx tfittex l-għajnuna inti wkoll jekk tħossok għajjejt jew ġejt affettwat. Dejjem ftakar li iktar ma’ problema tilqgħalha mill-bidu, iktar se tirbħilha malajr.

Dan il-blogg kien miktub minn Eloise Shoobert, Mental Health Recovery Officer, Fondazzjoni Richmond u ġie ppublikat fuq is-sit ta’ Newsbook fit-3 ta’ Mejju 2021.

Min qed jiffaċċja diffikultajiet ta’ saħħa mentali jista’ jagħmel kuntatt ma’ Richmond fuq il-helpline 1770 fi kwalunkwe ħin tal-lejl jew il-ġurnata.

Share:

Recent Posts

  • Exploring the Powerful Connection Between Mental and Physical Health
  • Creating Psychological Safety: The Key to Mental Wellbeing in the Workplace
  • How to Support a Colleague in Crisis: The Power of Mental Health First Aid
  • Hearing Voices Malta
  • Protected: Rock for Richmond 2025

Archives

  • April 2025
  • March 2025
  • February 2025
  • October 2024
  • June 2024
  • May 2023
  • March 2023
  • August 2022
  • June 2022
  • April 2022
  • March 2022
  • October 2021
  • May 2021
  • April 2021
  • March 2021
  • December 2020
  • November 2020
  • October 2020
  • September 2020
  • August 2020
  • July 2020
  • June 2020
  • April 2020
  • March 2020
  • October 2019
  • September 2019
  • August 2019
  • March 2019

 

  • What Is Mental Health?
  • Worried About a Friend?
  • Signs & Symptoms
  • Professional Referral
  • About Richmond
  • Blog
  • News & Events
  • Get Involved
  • Projects
  • Mental Health First Aid Courses
  • Privacy Policy
  • Terms & Conditions
Website by RightBrain
This website uses cookies to improve your experience. If you continute to use this website, we'll assume you're ok with this.Accept Read More
Privacy & Cookies Policy

Privacy Overview

This website uses cookies to improve your experience while you navigate through the website. Out of these cookies, the cookies that are categorized as necessary are stored on your browser as they are as essential for the working of basic functionalities of the website. We also use third-party cookies that help us analyze and understand how you use this website. These cookies will be stored in your browser only with your consent. You also have the option to opt-out of these cookies. But opting out of some of these cookies may have an effect on your browsing experience.
Necessary
Always Enabled
Necessary cookies are absolutely essential for the website to function properly. This category only includes cookies that ensures basic functionalities and security features of the website. These cookies do not store any personal information.
Non-necessary
Any cookies that may not be particularly necessary for the website to function and is used specifically to collect user personal data via analytics, ads, other embedded contents are termed as non-necessary cookies. It is mandatory to procure user consent prior to running these cookies on your website.
SAVE & ACCEPT